Skip to main content

Join
the drops

Bil-ftit li nagħmlu individwalment, inkunu qed nagħmlu ħafna flimkien.

Għinna nikkonservaw l-ilma prezzjuż ta’ Malta u flimkien nkunu l-bidla li nixtiequ naraw f’pajjiżna.

[code_tour_listings_block]

Town Tours SIR AF AKTAR

[tour_listings_block]

Town Tours

X’inhuwa u kif jaħdem?

Tixtieq tikkonferma meta ser inkunu fil-belt jew raħal tiegħek?

Fittex aktar il-fuq f’din l-paġna u segwi  l-mezzi soċjali fejn ser inżommukom aġġornati dwar il-lokalitajiet li ser inżuru.

Ma rnexxilekx tiġi fuq il-Mobile Unit tagħna?

Iċ-Ċentru tal-Informazzjoni tal-Kampanja L-ILMA – Ibda Minnek jinstab ġewwa GĦAJN – iċ-Ċentru Nazzjonali dwar l-għarfien tal-Konservazzjoni tal-Ilma fir-Rabat. Il-ħinijiet tal-ftuħ u l-post fejn jinsab dan iċ-ċentru, jinsabu hawn.

Ġentilment kun af li waqt li l-kampanja tkun preżenti f’xi fieri jew avvenimenti oħra lokali, ma jkunx possibbli li nqassmu l-Gift Pack u Kits għall-konservazzjoni tal-Ilma. It-tqassim ser isir biss waqt it-Town Tours, iġifieri meta nkunu preżenti bil-Mobile Unit fl-ibliet u irħula jew minn GĦAJN fiċ-Ċentru tal-Informazzjoni tal-Kampanja f’każ li ma jinġabarx l-Gift Pack u l-Kit.

Żur il-Mobile Unit tal-kampanja L-ILMA – Ibda Minnek meta din tkun fil-belt jew raħal tiegħek bħala parti mit-Town Tours li ser jibdew f’Jannar.

It-tim tagħna ser ikun qed iqassam gadgets għall-konservazzjoni tal-ilma fid-dar tiegħek sabiex inti wkoll tkun tista’ tibda tiffranka l-ilma. Dan huwa tajjeb għall-ambjent u anki għal butek!

X’se nkunu qegħdin inqassmu?

Ftit għajnuna tagħmel differenza kbira! It-tim tad-distribuzzjoni tagħna ser iqassam Gift Pack wieħed għall-konservazzjoni tal-ilma f’kull residenza primarja f’Malta u Għawdex. Postijiet b’kirjiet twal li għandhom kontijiet tal-enerġija rreġistrati fuq isimhom huma eliġibbli wkoll.

Kull Gift Pack fih:

  • Voucher li bih tista’ tiġbor ħames gadgets oħra għall-konservazzjoni tal-ilma b’xejn! Preżenta dan il-voucher flimkien ma’ ID Card ta’ xi ħadd li jgħix f’darek fuq il-Mobile Unit jew fiċ-Ċentru tal-Informazzjoni tal-Kampanja, sabiex issarraf kit għall-konservazzjoni tal-Ilma.
  • Issib scraper li permezz tagħha tkun tista’ tnaddaf zlazi jew xaħmijiet żejda minn fuq il-platti qabel ma tpoġġihom fid-dishwasher, minflok tlaħlaħhom. B’hekk frankajt madwar 9 litri t’ilma fil-minuta li jikkonsma vit miftuħ.
  • Gadget għall-konservazzjoni tal-ilma li tista’ tinstalla mal-vit tal-kċina sabiex ittejjeb l-effiċjenza fil-konsum tal-ilma. Ser issib ukoll ktejjeb bl-istruzzjonijiet – klikkja hawn biex tara l-istruzzjonijiet dwar l-installazzjoni.

Mhux dejjem inkun id-dar!

Jekk ma tkunx id-dar, tinkwieta xejn! Ser inħallulek nota sabiex navżawk li ġejna sa għandek u ma sibnikx. Din in-nota tkun tista’ tippreżentaha flimkien mal-karta tal-identità fuq il-Mobile Unit tagħna jew fic-Ċentru tal-Informazzjoni tal-Kampanja, sabiex issarraf il-Gift Pack u l-Kit għall-konservazzjoni tal-Ilma tiegħek.

Avvenimenti

Iċ-Ċentru ta’ Informazzjoni tal-Kampanja

Għal kull informazzjoni dwar il-Kampanja Nazzjonali għall-Konservazzjoni tal-Ilma

Sajf

8:00am – 1:00pm

Xitwa

8:00am – 4:15pm

(Tmiem il-ġimgħa u Festi pubbliċi inklużi)

Avvenimenti passati

Żejt iż-Żejtun

Żejtun, Malta

28/09/2019-29/09/2019

Ġenna ta’ Ġonna

Floriana, Malta

13/10/2019

Festival taċ-Ċikkulata

Il-ħdax-il edizzjoni tal-Festival taċ-Ċikkulata ġewwa l-Ħamrun

Ħamrun, Malta

26/10/2019 6:00pm – 11:00pm

Milied Mellieħi

Mellieħa, Malta

20/12/2019-22/12/2019

Festa Ċitru

Lija, Malta

02/02/2020 10:00am – 5:00pm

Konferenza: L-Irrigazzjoni Effiċjenti tal-Ilma

Attendi din il-konferenza sabiex titgħallem aktar dwar metodi ta’ irrigazjoni innovattivi.

Corinthia Palace Hotel and Spa, Ħ’Attard, Nhar l’Erbgħa 19 ta’ Frar

Ħ’Attard, Malta

8:30am – 2:00pm

Science in the City – Online Festival

scienceinthecity.org.mt/

27 – 29/11/2019

Science in the City – Online school day

scienceinthecity.org.mt

16 ta’ Diċembru, 2020

Valletta Green Festival

Valletta, Malta

07/05/ – 11/05/2021

Iċċekja meta ser nkunu fil-lokalità tiegħek

Lokalitajiet li żorna

[past_tour_listings_block]

Żomm kuntatt

Abbona għan-Newsletter

Segwina fuq

is-siti soċjali tagħna

Żomm kuntatt

Abbona għan-Newsletter

Segwina fuq

is-siti soċjali tagħna

This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.