Join
Bil-ftit li nagħmlu individwalment, inkunu qed nagħmlu ħafna flimkien.
Għinna nikkonservaw l-ilma prezzjuż ta’ Malta u flimkien nkunu l-bidla li nixtiequ naraw f’pajjiżna.
[code_tour_listings_block]
Town Tours
SIR AF AKTAR
[tour_listings_block]
Town Tours
X’inhuwa u kif jaħdem?
Tixtieq tikkonferma meta ser inkunu fil-belt jew raħal tiegħek?
Fittex aktar il-fuq f’din l-paġna u segwi l-mezzi soċjali fejn ser inżommukom aġġornati dwar il-lokalitajiet li ser inżuru.
Ma rnexxilekx tiġi fuq il-Mobile Unit tagħna?
Iċ-Ċentru tal-Informazzjoni tal-Kampanja L-ILMA – Ibda Minnek jinstab ġewwa GĦAJN – iċ-Ċentru Nazzjonali dwar l-għarfien tal-Konservazzjoni tal-Ilma fir-Rabat. Il-ħinijiet tal-ftuħ u l-post fejn jinsab dan iċ-ċentru, jinsabu hawn.
Ġentilment kun af li waqt li l-kampanja tkun preżenti f’xi fieri jew avvenimenti oħra lokali, ma jkunx possibbli li nqassmu l-Gift Pack u Kits għall-konservazzjoni tal-Ilma. It-tqassim ser isir biss waqt it-Town Tours, iġifieri meta nkunu preżenti bil-Mobile Unit fl-ibliet u irħula jew minn GĦAJN fiċ-Ċentru tal-Informazzjoni tal-Kampanja f’każ li ma jinġabarx l-Gift Pack u l-Kit.
Żur il-Mobile Unit tal-kampanja L-ILMA – Ibda Minnek meta din tkun fil-belt jew raħal tiegħek bħala parti mit-Town Tours li ser jibdew f’Jannar.
It-tim tagħna ser ikun qed iqassam gadgets għall-konservazzjoni tal-ilma fid-dar tiegħek sabiex inti wkoll tkun tista’ tibda tiffranka l-ilma. Dan huwa tajjeb għall-ambjent u anki għal butek!
X’se nkunu qegħdin inqassmu?
Ftit għajnuna tagħmel differenza kbira! It-tim tad-distribuzzjoni tagħna ser iqassam Gift Pack wieħed għall-konservazzjoni tal-ilma f’kull residenza primarja f’Malta u Għawdex. Postijiet b’kirjiet twal li għandhom kontijiet tal-enerġija rreġistrati fuq isimhom huma eliġibbli wkoll.
Kull Gift Pack fih:
- Voucher li bih tista’ tiġbor ħames gadgets oħra għall-konservazzjoni tal-ilma b’xejn! Preżenta dan il-voucher flimkien ma’ ID Card ta’ xi ħadd li jgħix f’darek fuq il-Mobile Unit jew fiċ-Ċentru tal-Informazzjoni tal-Kampanja, sabiex issarraf kit għall-konservazzjoni tal-Ilma.
- Issib scraper li permezz tagħha tkun tista’ tnaddaf zlazi jew xaħmijiet żejda minn fuq il-platti qabel ma tpoġġihom fid-dishwasher, minflok tlaħlaħhom. B’hekk frankajt madwar 9 litri t’ilma fil-minuta li jikkonsma vit miftuħ.
- Gadget għall-konservazzjoni tal-ilma li tista’ tinstalla mal-vit tal-kċina sabiex ittejjeb l-effiċjenza fil-konsum tal-ilma. Ser issib ukoll ktejjeb bl-istruzzjonijiet – klikkja hawn biex tara l-istruzzjonijiet dwar l-installazzjoni.
Mhux dejjem inkun id-dar!
Jekk ma tkunx id-dar, tinkwieta xejn! Ser inħallulek nota sabiex navżawk li ġejna sa għandek u ma sibnikx. Din in-nota tkun tista’ tippreżentaha flimkien mal-karta tal-identità fuq il-Mobile Unit tagħna jew fic-Ċentru tal-Informazzjoni tal-Kampanja, sabiex issarraf il-Gift Pack u l-Kit għall-konservazzjoni tal-Ilma tiegħek.
Avvenimenti 
Avvenimenti passati
Konferenza: L-Irrigazzjoni Effiċjenti tal-Ilma
Attendi din il-konferenza sabiex titgħallem aktar dwar metodi ta’ irrigazjoni innovattivi.
Corinthia Palace Hotel and Spa, Ħ’Attard, Nhar l’Erbgħa 19 ta’ Frar
Ħ’Attard, Malta
8:30am – 2:00pm
Iċċekja meta ser nkunu fil-lokalità tiegħek
Lokalitajiet li żorna
[past_tour_listings_block]

